M’għandux ikun hemm kontradizzjon bejn:
dak li tgħid il-Bibbja
dak li ssib ix-xjenza
Għaliex?
Għax it-tnejn għandhom lil ALLA bħala l-awtur tagħhom
Jista’ jidher li jkun hemm kontradizzjoni għaliex:
Niftakru li x-xjenza tgħidilna ħwejjeġ veri
meta titkellem fuq ħwejjeġ materjali biss.
Imma fuq mistoqsijiet dwar il-ħolqien jekk hux ġej minn Alla jew le, jekk il-bniedem għandux xi rabta speċjali m’Alla jew jispiċċax bħall-annimali l-oħra, jekk il-bniedem jistax isalva lilu nnifsu waħdu, ix-xjenza ma tistax twieġeb, għax dawn huma mistoqsijiet fuq HWEJJEG SPIRITWALI u l-istrumenti li tuża x-xjenza huma tajbin biss għall-HWEJJEG MATERJALI
Dak li Alla jrid iwasslilna fil-Bibbja bħala veru u li ma fihx żbalji huwa biss il-Messaġġ Reliġjuż, mhux tagħrif ieħor.
F’kemm żmien sar il-ħolqien?
Huwa kiteb li sar f’sitt ijiem
Alla = ħaddiem normali
Jaħdem ġimgħa u jistrieħ ġurnata
7 – Numru Perfett (Dinja Semitika)
6+1 = 7 (Perfett/Sħiħ)
Alla sawwar il-ħolqien bl-aktar mod PERFETT
L-Evoluzzjoni
Għall-ewwel kien hemm il-biża li din kienet tmur kontra l-Bibbja u wissew biex wieħed ma jemminx teoriji qabel ma jkunu ppruvati bix-xjenza.
Evoluzzjoni tal-Ġisem
Evoluzzjoni tar-Ruħ
Kull RUH ġiet maħluqa direttament minn ALLA
It-Tnissil tal-Bniedem u l-Evoluzzjoni nfisha ma setgħux iseħħu mingħajr it-tmexxija ta’ ALLA nnifsu.
Teilhard de Chardin
“dak li turina x-xjenza mhux talli ma jmurx kontra l-messaġġ tal-Bibbja, imma jitwettaq u jkompli jifisser aħjar fid-dawl ta’ dan il-messaġġ."
M’għandniex infittxu fil-Bibbja dak li l-Bibbja ma ridetx tgħid kif ma għandniex nistaqsu lix-xjenza mistoqsijiet li ma għandhiex mezzi biex tasal għalihom
Il-ħwejjeġ li jissemmew f’dan ir-rakkont bħal: is-siġra tal-ħajja, is-siġra ta’ tagħrif it-tajjeb mill-ħażin, is-serp li jkellem lil Eva, Adam li jagħti l-isem lill-annimali, il-ġnien b’kotra ta’ ilma, għandna noħduhom bħala ħwejjeġ li kienu hekk tabilħaqq, jew simboli li jfissru xi ħaġa aktar importanti??
Fittex fit-test f'paġni 45 -47 biex turi li “l-bniedem hu l-quċċata tal-ħolqien” u li qabel id-dnub il-għaqda li l-bniedem kellu ma’ Alla kienet tidher fil-għaqda li kellu fih innifsu u mal-ħlejjaq l-oħra.
Fil-fehma tagħkom, x’inhu d-dnub fil-qalba tiegħu?
ĦHafna jaqblu li hi parabbola storika
KIF???
Lilu jagħtih is-setgħa:
Għaqda Sħiħa:
kellhom kontroll sħiħ fuq il-ġibdiet kollha li setgħu jħossu
Il-"LE" tal-bniedem lil ALLA
B'deċizjoni ħielsa tal-bniedem - b'suppervja - il-bniedem qatagħha li Alla mhux ta' min jafdah u għalhekk mhux ta' min jagħti kas ta' kliemu. U għalhekk iddeċieda li jmur kontra l-ordni tiegħu.
Is-siġra - hi simbolu biss.
tfisser is-setgħa li wieħed jiddeċiedi x'inhu t-tajjeb u x'inhu l-ħażin mingħajr ma joqgħod għal ebda ordni ta' ħadd.
Bid-dnub il-bniedem jgħid "LE" għas-setgħa ta' Alla fuqu
jiċħad li jara lilu nnifsu bħala ħolqien ta' Alla.
Il-Firda minn Alla = Għajn ta' kull Hażen
Nistgħu ngħidu li, mit-tielet kapitlu tal-Ġenesi 'l quddiem, il-Bibbja f'ċertu sens hi storja waħda ta' dnub u ta' nfedelta'.
Fil-Ġenesi nsibu żewġ rakkonti tal-Holqien:
L-Ewwel Rakkont - Ġen 1 (Innu)
It-Tieni Rakkont - Ġen 2-3 (Parabbola Storika)
Ix-xjenza tista’ tikkalkola kemm ilu li beda l-ħolqien jew kif żviluppa.
Għax dawn huma ħwejjeġ materjali u għandha strumenti biex tagħmel dan.