Loading presentation...

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in our knowledge base article

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Make your likes visible on Facebook?

Connect your Facebook account to Prezi and let your likes appear on your timeline.
You can change this under Settings & Account at any time.

No, thanks

Y10: U3

Fil-Bidu
by

.d. .c.

on 29 September 2016

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Y10: U3

M’għandux ikun hemm kontradizzjon bejn:
dak li tgħid il-Bibbja
dak li ssib ix-xjenza
Għaliex?
Għax it-tnejn għandhom lil ALLA bħala l-awtur tagħhom
Jista’ jidher li jkun hemm kontradizzjoni għaliex:
nfittxu veritajiet li m’għandniex infittxuhom fiha
jew għax mix-xjenza naslu għall-konklużjonijiet li x-xjenza ma għandhiex strumenti biex tasal għalihom
Niftakru li x-xjenza tgħidilna ħwejjeġ veri
meta titkellem fuq ħwejjeġ materjali biss.
Ix-xjenza tista’ tikkalkola kemm ilu li beda l-ħolqien jew kif żviluppa.
Għax dawn huma ħwejjeġ materjali u għandha strumenti biex tagħmel dan.
Imma fuq mistoqsijiet dwar il-ħolqien jekk hux ġej minn Alla jew le, jekk il-bniedem għandux xi rabta speċjali m’Alla jew jispiċċax bħall-annimali l-oħra, jekk il-bniedem jistax isalva lilu nnifsu waħdu, ix-xjenza ma tistax twieġeb, għax dawn huma mistoqsijiet fuq
HWEJJEG SPIRITWALI
u l-istrumenti li tuża x-xjenza huma tajbin biss għall-
HWEJJEG MATERJALI
Dak li Alla jrid iwasslilna fil-Bibbja bħala veru u li ma fihx żbalji huwa biss il-
Messaġġ Reliġjuż
, mhux tagħrif ieħor.
Il-Forma Letterarja
Innu


Sitt strofi u Sitt Ritornelli
F’kemm żmien sar il-ħolqien?
La kien jaf u lanqas kien jinteressah
Huwa kiteb li sar f’sitt ijiem
Alla = ħaddiem normali
Jaħdem ġimgħa u jistrieħ ġurnata
7 – Numru Perfett (Dinja Semitika)
6+1 = 7 (Perfett/Sħiħ)
Alla sawwar il-ħolqien bl-aktar mod
PERFETT
L-Evoluzzjoni
Għall-ewwel kien hemm il-biża li din kienet tmur kontra l-Bibbja u wissew biex wieħed ma jemminx teoriji qabel ma jkunu ppruvati bix-xjenza.
Evoluzzjoni tal-Ġisem

Evoluzzjoni tar-Ruħ
Alla l-Awtur Waħdieni
Kull
RUH
ġiet maħluqa
direttament
minn ALLA
It-Tnissil tal-Bniedem u l-Evoluzzjoni nfisha ma setgħux iseħħu mingħajr it-tmexxija ta’ ALLA nnifsu.
Teilhard de Chardin
“dak li turina x-xjenza mhux talli ma jmurx kontra l-messaġġ tal-Bibbja, imma jitwettaq u jkompli jifisser aħjar fid-dawl ta’ dan il-messaġġ."
M’għandniex infittxu fil-Bibbja dak li l-Bibbja ma ridetx tgħid kif ma għandniex nistaqsu lix-xjenza mistoqsijiet li ma għandhiex mezzi biex tasal għalihom
Alla WAĦDU hu s-SID ta’ KOLLOX
Messaġġ Ewlieni:

1. M’hemm ebda alla ieħor ħliefu

2. Alla ħalaq KOLLOX TAJJEB

“u ra Alla li kien tajjeb”
“U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara kollox kien tajjeb ħafna. U dalam u sebaħ – is-sitt jum.” Ġen 1, 31
Il-ħwejjeġ li jissemmew f’dan ir-rakkont bħal: is-
siġra tal-ħajja
, is-
siġra ta’ tagħrif it-tajjeb mill-ħażin
, is-
serp
li jkellem lil
Eva, Adam
li jagħti l-isem lill-annimali, il-ġnien b’kotra ta’ ilma, għandna noħduhom bħala ħwejjeġ li kienu hekk
tabilħaqq
, jew
simboli
li jfissru xi ħaġa aktar importanti??
Fittex fit-test f'
paġni 45 -47
biex turi li “l-bniedem hu l-quċċata tal-ħolqien” u li qabel id-dnub il-għaqda li l-bniedem kellu ma’ Alla kienet tidher fil-għaqda li kellu fih innifsu u mal-ħlejjaq l-oħra.
Fil-fehma tagħkom, x’inhu
d-dnub
fil-qalba tiegħu?
Mhux faċli ngħidu eżatt x’inhi
l-forma lettararja ta’ dawn il-kapitali
(2-3)
ĦHafna jaqblu li hi
parabbola storika

“storika” għax xi veritajiet seħħew tassew
“parabbola” fis-sens li l-istorja li fiha dawn il-fatti jkunu ppreżentati hija frott l-imaġinazzjoni tal-kittieb jew tal-poplu fejn tkun żvillupat.
Is-siġra tal-ħajja = Immortalita’
Serp = Simbolu tal-ĦHażen
Serp = Simbolu tat-Tnissil
fir-riti pagani tal-Kagħanin

ĠNieN = Oasi = ĠeNNa
Abbundanza kbira ta’ Ilma u
ta’ siġar li jagħtu l-frott u d-dell
L-Ewwel Kapitlu – Bniedem – Quċċata tal-Holqien
It-Tieni Kapitlu – Alla jidħol f’rabta li bħalha ma jidħol ma’ ebda ħlejqa oħra.

KIF???
Lilu jagħtih is-setgħa:
Li jagħraf
Li jifhem
Li jiddeċiedi
Li jagħti isem lill-annimali
Li jaħdem u jiżviluppa art
L-għerq u l-pedament tal-ferħ u l-hena tal-bniedem kienu fil-ħbiberija u l-għaqda li kellu ma’ Alla.
Alla min-naħa tiegħu kien jistmah bħala ħabib li miegħu sikwit kien jippassiġġa fil-ġnien għaż-żiffa tal-jum. (Ġen 3, 8-10)
Għaqda Sħiħa:

għaqda miegħu nnifsu - għalkemm kien għarwien ma kienx jistħi
kellhom kontroll sħiħ fuq il-ġibdiet kollha li setgħu jħossu
għaqda bejniethom - l-għaqda ta' Adam u Eva f'"ġisem wieħed"
mal-ħolqien - ma kellux ikun hemm tbatija kif nafuha llum, la għar-raġel u lanqas għall-mara.
Il-"LE" tal-bniedem lil ALLA
B'deċizjoni ħielsa tal-bniedem -
b'suppervja
- il-bniedem qatagħha li Alla mhux ta' min jafdah u għalhekk mhux ta' min jagħti kas ta' kliemu. U għalhekk iddeċieda li jmur kontra l-ordni tiegħu.
Is-siġra - hi simbolu biss.
tfisser is-setgħa li wieħed jiddeċiedi x'inhu t-tajjeb u x'inhu l-ħażin mingħajr ma joqgħod għal ebda ordni ta' ħadd.
Bid-dnub il-bniedem jgħid "
LE
" għas-setgħa ta' Alla fuqu
jiċħad li jara lilu nnifsu bħala ħolqien ta' Alla.
Il-Firda minn Alla = Għajn ta' kull Hażen
X'inhuma l-KONSEGENZI???
1. infired fih innifsu - intebaħ li kien għarwien
l-għera saret is-simbolu tad-dgħufija
ma felħux jidhru dgħajfa quddiem xulxin u għalhekk ħietu weraq tat-tin u għamlu iħżma

2. Jinfired mill-oħrajn
Il-mara li inti tajtni għal miegħi, hi tatni...
3. Jinfired mill-ħolqien
xewk u għollieq tnibbitlek...bil-għaraq ta' ġbinek tiekol ħobżok...

Nistgħu ngħidu li, mit-tielet kapitlu tal-Ġenesi 'l quddiem, il-Bibbja f'ċertu sens hi storja waħda ta' dnub u ta' nfedelta'.
Fil-Ġenesi nsibu żewġ rakkonti tal-Holqien:
L-Ewwel Rakkont - Ġen 1 (Innu)
It-Tieni Rakkont - Ġen 2-3 (Parabbola Storika)
It-Tieni Rakkont - Ġen 2-3
Full transcript