Loading presentation...

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in our knowledge base article

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Make your likes visible on Facebook?

Connect your Facebook account to Prezi and let your likes appear on your timeline.
You can change this under Settings & Account at any time.

No, thanks

Religion, May 2009

Y11, Past Paper
by

.d. .c.

on 11 November 2013

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Religion, May 2009

Matsec Paper 2009 1. X'kien l-għan li għalih missirijietna bnew it-tempji Neolitiċi?
Biex jagħtu qima lil alla tal-fertilita' 2. Liema huma l-punti ewlenin ta' ħajjet Charles de Foucauld?

wiret ħafna flus m'għand il-ġenituri li mietu meta kien għadu tifel
kien iħobb ix-xorb u l-ikel fin
iħobb il-ħbieb u d-divertiment
kellu ħabiba jisimha Mimi li magħha kien jgħix daqslikeku martu
xorta waħda kien iħoss ċertu vojt
fittex is-suċċess fil-karriera militari
issospendewh minħabba Mimi u meta reġgħu aċċetawh ma damx ma telaq hu stess
sar esploratur u fittex il-kuntentizza fix-xogħol u fl-avventura
imma lanqas hawn ma sabha
iltaqa ma' Ġesu' meta kellu 28 sena
kien ilu żmien twil ifittex u jipprova jsib il-kuntentizza f'ħajtu
sar saċerdot ta' 43 sena
mar jgħix fid-deżert Saħara
hemm kien jgħin lil kulħadd speċjalment lill-fqar Musulmani tad-deżert Alġerin
Charles baqa' jagħti xhieda ta' Ġesu' fost dawn in-nies sa ma nqatel minn xi ribelli
Papa Benedittu XVI iddikjarah beatu fl-2005 3. Qabbel it-twemmin li għandhom il-Buddisti fil-ħajja wara l-mewt ma' dak tal-Insara.
It-tnejn jaqblu li il-ħajja ta' wara l-mewt hi tgawdija jew indanazzjzoni skond il-bniedem ikun għażel kif għex. 4. Għaliex dawk li kitbu l-Bibbja nqisuhom bħala veri awturi?
Għax kienu huma li kitbu bil-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom skond kif kienu ispirati mill-Ispirtu s-Santu. 5. Semmi żewġ okkażjonijiet li fihom Abraham wera fiduċja sħiħa f'Alla.
a. meta telaq minn Ur tal-Kaldej għall-art li kien ser jurih
b. meta mar biex joffri lil ibnu Iżakk 6. X'kienet ir-raġuni ewlenija li għaliha Alla bagħat il-Profeti lill-poplu Lhudi?
...biex ikun jista' ifakkarhom fil-Patt tal-Wegħda li kienu għamlu fid-deżert u hekk jerġgħu ikunu fidili lejh. 7. B'liema mod Alla wera li għamel il-bniedem il-quċċata tal-ħolqien?
meta għamel xbiha tiegħu billi nefaħ f'imnifsejh in-nifs tiegħu u hekk tah ruħ tixbaħ lilu (immortali)
meta ħalaq il-bniedem, kien l-unika mument meta "ra Alla li kollox kien sew ħafna"
meta tah jaħkem fuq il-ħolqien 8. Id-dnub ġab erba' tipi ta' firdiet fil-ħajja tal-bniedem. Liema huma?
a. il-firda minn ma' Alla
b. il-firda fih innifsu
ċ. il-firda minn ma' l-oħrajn
d. il-firda minn mal-ħolqien 9. X'kien l-aħħar kastig, li minħabba fih il-Fargħun kellu jeħles lill-poplu Lhudi mill-jasar tal-Eġittu?
Il-mewt tat-tifel il-kbir ta' kull familja Eġiżżjana. 10. Semmi tliet mumenti meta Ġesu' wera li ma kienx biss bniedem imma Alla wkoll.
a. meta qajjem lil ħabibu Lazzru mill-mewt
b. meta kattar l-inbid fit-tieġ ta' Kana tal-Galilija
ċ. meta qam minn bejn l-imwiet 11. Apparti mit-Testment il-Ġdid u mit-tradizzjoni Nisranija, semmi żewġ dokumenti oħra li juri li Ġesu' Kristu tassew għex u miet mislub fil-Palestina madwar elfejn sena ilu.
dokumenti pagani: Taċitu/Plinju ż-Żgħir
dokumenti lhud: Talmud/ Ġużeppi Flavju 12. X'kien l-iskop ewlieni tal-Evanġelista meta kitbu l-erba' Evanġelji?
Biex jagħtu xhieda għall-identita storika u salvifika tal-Messija Ġesu' l-Mulej 13. Għaliex Ġesu' għażel li l-Appostli jkunu tnax?
Għat-tnax-il tribu ta' Israel 14. X'jikkonvinċi lin-Nisrani li Ġesu' qam mill-imwiet fit-tielet jum?
Il-ħafna dokumenti nsara li jagħtu xhieda għal dan il-fatt hekk kbir 15. Wieħed mill-Appostli stqarr quddiem Ġesu', "Mulej tiegħi u Alla tiegħi" (Ġw 20, 28)
Irrakonta fil-qosor din il-ġrajja
Tumas imlaqqam it-Tewmi ma kienx magħhom dakinhar li deherilhom Ġesu' meta kienu msakkra bil-biża fiċ-Ċenaklu u meta qalulu li deherilhom l-Imgħallem ma riedx jemmen; għalhekk Ġesu' meta reġa deher fost l-Appostli sejjaħlu u qallu ġib idejk u poggi subgħajk fil-kustat tiegħi u meta ra emmen u stqarr "Mulej tiegħi u Alla tiegħi" u Ġesu' wieġbu: "Emmint għax rajtni, ħenjin dawk li ma jarawx u jemmnu". 16a. Għaliex l-Aħħar Ċena kienet ġrajja importanti għal Ġesu'?
għax kienet l-aħħar ikla mal-ħbieb qabel ma jbati u jmut
matulha kellu iħallilhom it-testment
u tahom kmandament ġdid: li jħobbu lil xulxin kif ħabbhom hu
waqqaf is-sagramenti tal-Ewkaristija u tal-Ordni Sagri 16b. Ġesu' ordna lill-Appostli biex jagħmlu dak li għamel hu b'tifkira tiegħu. Din ix-xewqa ta' Ġesu' kif qiegħda sseħħ illum?
permezz tas-saċerdot waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija 16ċ. Fisser għaliex Ġesu' għażel ikla biex fiha jwaqqaf is-Sagrament tal-Ewkaristija?
Għax għall-ikla ikun hemm preżenti nies għeżież għal xulxin (familjari/ħbieb)
Ikla tkompli ssaħħaħ u tgħaqqad il-membri preżenti aktar flimkien
Sagrament tal-Ewkaristija = Sagrament tal-Għaqda (Tiġdid tal-Għaqda) 16d. B'liema mod Ġesu' hu preżenti fl-Ewkaristija?
B'mod ħaj kif kien wiegħed li ħa jibqa' magħna sal-aħħar taż-żmien 17. Għaliex l-Insara tal-bidu kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija fil-jum tal-Hadd?
Għax kien il-jum li Ġesu' qam mill-imwiet. 18a. Min, mill-awturi tat-Testment il-Ġdid, irrefera għall-Knisja bħala "l-Ġisem ta' Kristu"?
San Pawl 18b. Semmi żewġ kariżmi li l-Ispirtu s-Santu jqajjem fl-Insara għall-ġid tal-komunita'
il-kariżma tal-qadi
il-kariżma tal-kelma 19. X'nitgħallmu mill-ġrajja ta' Żakkew dwar kif Alla jħares lejn il-midneb u dwar dak li jistenna minnu?
B'ħniena u mħabba u mhux b'kundanna 20. Kif għandu n-Nisrani jipprepara ruħu għas-Sagrament tal-Qrar?
Billi jaħseb dnubietu tajjeb u jindem minhom. 21. X'inhi d-differenza bejn id-dnub venjal u d-dnub mejjet?
Dnub venjal = dnub żgħir li jinħafer bi stqarrija u dispjaċir lil Alla
Dnub mejjet = ksur ta' xi kmandament u wieħed irid jersaq lejn is-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni biex hekk jistqarr ħtijietu u jiġu maħfura. 22. Agħti r-raġuni għaliex in-Nisrani għandu jħallas it-taxxa.
Biex jagħti sehmu u hekk tkun tista' terġa ssir re-distrubizzjoni tal-ġid biex b'hekk ikun hemm solidarjeta' sħiħa. 23a. Il-bniedem huwa maħluq fuq is-sura u x-xbieha ta' Alla. X'tagħtina iktar minn hekk il-Magħmudija?
Id-dinjita' ta' Ulied Alla, Aħwa ta' Ġesu' u ta' xulxin u tempji tal-Ispirtu 23b. Ikteb kif is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof isaħħaħ is-Sagrament tal-Magħmudija f'min jirċevih.
Għaliex dak li jkun jikkonferma id-deċizjoni li jkunu ħadu għalih il-kbar meta hu jkun għadu tarbija 24a. Semmi suċċess li kellhom l-Appostli meta kienu ma' Ġesu'.
Meta kienu xhieda għad-diversi sinjali li kien jagħmel.

24b. Skond Ġesu', liema huwa suċċess huwa akbar minn dan?
Li wieħed jidħol fis-Saltna t'Alla 25a. X'inhi l-kuxjenza?
Il-leħen t'Alla fina 25b. Kif jista' n-Nisrani jifforma kuxjenza tajba?
Billi jsir midħla tal-Kotba Mqaddsa
Billi jiffrekwenta s-Sagramenti
Billi isib gwida tajjeb li jgħinu (bħall-qassis, ġenitur jew għalliem) 26. Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar." Lq 1, 49
a. Min qal dan il-kliem?
Marija
b. X'kien għamel s-Setgħani ma' din il-persuna?
Għażilha biex tkun Ommu. 27. Semmi okkażjoni fejn tkun ħaġa tajba u ta' min ifaħħarha li wieħed iqiegħed ħajtu fil-periklu.
Meta missier jagħti ħajtu biex isalva lil uliedu
Meta suldat jagħti ħajtu biex jissalvagwardja lill-pajjiżu 28. Liema okkażjonijiet fi żmienna huma spiss ta' periklu għas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem?
a. tipjip
b. abbuż ta' drogi u sustanzi oħra (xorb alkoħoliku)
ċ. sewqan aċċessiv
d. riskji bla bżonn (ikel żejjed) 29. Mhux kulma x-xjenza u t-tekonoloġija juruna li jista' jsir, għandu jitħalla jsir. Fisser għaliex.
Għax mhux dak kollu li hu possibli xjentifikament huwa tajjeb moralment. Jekk hu possibli li jkun hemm it-tnissil ta' numru ta' embrijuni f'daqqa biex uħud biss minhom jiġu ppjantati f'ġuf l-omm u l-bqija biex jiġu ssagrifikati u strumentaliżati 30. Semmi dmir tal-ġenituri Nsara lejn l-ulied u dmir li għandhom lejn xulxin.
Li jrabbu lil uliedu b'mod xieraq
Li jieħdu ħsieb ir-relazzjoni ta' bejniethom 31. Min kien il-Papa li kiteb l-ewwel dokument importanti li fetaħ era ġdida fit-tagħlim tal-Knisja dwar ix-xogħol? Agħti l-isem ta' dan d-dokument?

Ljun XIII
Rerum Novarum 32a. Ix-xogħol isaħħaħ is-solidarjeta' bejn il-bnedmin. Kif jagħmel dan?
Għax wieħed irid jaħdem mal-ieħor u wieħed bżonn l-ieħor; apparti li permezz tal-ħidma tiegħu ikun qiegħed jipprovdi għal min ma jistax jipprovdi għalih innifsu. b. Fisser għaliex il-ħaddiem hu aqwa mill-għodda li juża.
Dejjem għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox għaliex il-ħaddiem huwa bniedem maħluq xbiha t'Alla bid-dinjita' kollha tiegħu filwaqt li għodda huma biss oġġetti utli għall-ħidma sfiqa tal-ħaddiem. 33. X'nifhmu meta ngħidu li, fiż-żwieġ, il-mara u r-raġel "iqaddsu lil xulxin"?
Li permezz ta' xulxin huma jkunu qed jgħinu lil xulxin biex isiru bnedmin aħjar u hekk ikomplu jgħixu s-sejħa li għandu kull wieħed u waħda minnha biex insiru qaddisin kif qaddis hu Missierna tas-sema. 34. X'tgħallem il-Knisja dwar il-ħażen tal-kontraċettivi?
Li l-għaqda bejn il-mara u r-raġel (miżżewġin) ma tistax twassal għat tieni għan taż-żwieġ li huma l-ulied jew il-possibilita' vera tat-tnissil. 35. Għaliex "il-Kredu" hu tant importanti għan-Nisrani?
Għaliex permezz tiegħu hu jkun qed jistqarr f'hiex jemmen. 36. Fl-Aħħar Ċena Ġesu' qal: "Jiena rbaħt id-dinja." (Ġw 16, 33)
F'liema sens Ġesu' rebaħ id-dinja?
Għax rebaħ id-dnub 37. L-Ispirtu s-Santu niżel fuq il-Knisja nhar Pentecoste. Kif seħħet din il-ġrajja?
L-Appostli flimkien ma' Marija ommu kienu msakkra magħluqin bil-biża fiċ-Ċenaklu. F'daqqa u l-waqt instema bħal riħ qawwi u raw fuq kull wieħed ilsna tan-nar.
Dakinhar niżel l-Ispirtu s-Santu fuqhom u huma mtlew b'kuraġġ u ħarġu jippritkaw mingħajr biża ta' xejn. 38. Il-Purgatorju hu l-Istat tat-tisfija wara l-mewt?
a. Min ikun jeħtieġ din it-tisfija?
Kull wieħed u waħda minnha
b. Minn xiex ikun irid jissaffa?
Mid-dnubiet 39. Il-ġudizzju tagħna minn Alla jsir fil-mewt. Liema jkunu l-'ħwejjeġ' prinċipali li Alla jiġġudika fuqhom?
Fuq l-għemmejjel il-ħżiena u n-nuqqas ta' għemmejjel tajba
Full transcript