Loading presentation...

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in our knowledge base article

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Make your likes visible on Facebook?

Connect your Facebook account to Prezi and let your likes appear on your timeline.
You can change this under Settings & Account at any time.

No, thanks

Y10: U7.2

Y10 U7
by

.d. .c.

on 6 June 2013

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Y10: U7.2

Il-Maħfra u r-Rikonċiljazzjoni Ġesù juri interess speċjali fil-midinbin:
ebda rabbi li ried jibqa rispettat ma kien jissogra jilqa' stedina, wisq anqas jistieden ruħu b'idejh, biex imur jiekol għand xi publikan jew midneb. Ġesù xejn ma jqis x'jaħsbu jew x'jgħidu n-nies dwaru.
X'ngħidu għall-akkuża li għamlulu l-Fariżej:

"Dan nies midinba jilqa' għandu, magħhom jiekol!" (Lq 15, 2)

Din turi li din ma kinetx okkazzjoni ta' darba! Ġesù jwieġeb għal din l-akkuża mhux biss billi ma jiċħadhiex imma jieħu l-okkażjoni biex jgħid li din kienet propju r-raġuni ewlenija tal-ħidma tiegħu.
"Mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għal-indiema..." Lq 5, 32 Alla jaħfrilna qabel kull mertu tagħna. X'jiġifieri? Alla bagħat lil Ibnu biex joffrilna l-maħfra tiegħu, qabel ma aħna ħabbejnieh jew tajnieh xi ħaġa.

Ara: 1 Ġw 4, 10


Anzi għamel dan meta aħna konna għadna għedewwa tiegħu. Il-Maħfra t'Alla jġib bidla mill-qiegħ Il-fatt li Ġesu' kien jintefa jiekol u jixrob mal-pubblikani u l-midinbin, b'ebda mod ma tfisser li Ġesu' ried japprova l-istil tal-ħajja tagħhom jew li ried iħallihom fejn kienu.


ANZI!! Il-verità kienet bil-maqlub: Hu għaraf li huma kienu l-aktar nies li jeħtieġuh għax kellhom l-aktar marda qerrieda: ID-DNUB! Jekk Ġesù kien ħanin kien ukoll esiġenti


Għaliex? B'liema mod? Filwaqt li kien jaħfrilhom kien ukoll jgħinhom jibdlu ħajjithom mill-qiegħ - b'mod radikali (radix = root/għerq) u jieħdu rota ġdida. Tikkonverti - Tibdel id-Direzzjoni ta' Ħajtek mhux biss jagħmel ħiltu biex ma jibqax jagħmel il-ħażen: "Mur u mil-lum 'il quddiem tidnibx izjed".
mhux biss isewwi l-ħsara li jkun għamel u jerġa jġib l-armonija li kien kisser b'għemilu: "Jekk qarraqt b'xi ħadd u sraqtu, irroddlu għal erba' darbiet iżjed"
iżda ifittex ukoll li jikber fl-imħabba u l-ġenorożita': "Nofs ġidi se nagħtih lill-foqra". Salvazzjoni - bdiet fil-Mewt u l-Qawmien!! Kif? Kif jgħid S. Pawl: "meta konna għandna għedewwa ta' Alla, tħabbibna miegħu bis-saħħa tal-mewt ta' Ibnu..." Rum 5, 10 Il-Ministeru tal-Maħfra Ġesu' jafdah f'idejn il-Knisja
wara li bil-mewt u l-qawmien tiegħu Ġesu' kisser il-ħakma tal-ħażen u tagħna l-possibilita' li nilqgħu l-maħfra u l-ħbiberija ta' Alla
kien meħtieġ li din l-istedina għall-indiema u l-maħfra tasal u tingħata lill-bniedem ta' kull żmien
għalhekk Ġesu' ried jagħti setgħa speċjali lill-Appostli u lis-suċċesuri tagħhom. Dak il-Ħadd filgħaxija, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, ġie Ġesù u qagħad f'nofshom u qalilhom:
Is-Sliem għalikom...Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom. Ħudu l-Ispirtu s-Santu: Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura u dawk li żżommuhom ikunu miżmuma" Ġw 20, 19-23 Is-Sagrament tal-Qrar
Is-Sagrament tal-Maħfra
Is-Sagrament tal-Penitenza
Is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni Sagrament ta' Qawmien u ta' Ferħ Aħna nerġgħu nitwieldu mill-ġdid
Imutu għall-bniedem il-qadim (tad-dnub) u nqumu għall-bniedem il-ġdid. Għalhekk il-Maħfra t'Alla:
mhix probation fejn dak li jkun jibqa' bil-ħtija għalkemm din tkun sospiża jew minsija.
anqas hi bħal meta wieħed jirrestawra jew jirranġa xi inkwatru mibrux

Imma il-Maħfra t'Alla tibdel mill-qiegħ u toħloq mill-ġdid Għaliex il-Qrar?! Għaliex tqerr? Bħalma mejjet ma jistax iqajjem lilu nnifsu jew marid ifejjaq lilu nnifsu hekk ukoll min jinqata' minn Alla u mill-Knisja bi ħtija gravi. Il-Qrar iservi biex jien nerġa nitħabbeb mill-ġdid ma' min inkun inqast b'xi mod jew ieħor. Is-setgħa tal-maħfra tad-dnubiet Ġesu' ta lill-Appostli u s-Suċċesuri tagħhom Meta nonqsu qed nonqsu mhux biss lil Alla imma anke lill-proxxmu. Biex il-Qrara tgħodd:
1. irid nagħraf ma' min sejjer niltaqa' u x'ħa ngħidlu
2. inkun umli
3. jiddispjaċini u nwiegħed li ma nerġax
4. infittex l-għaqda billi nitħabbeb mill-ġdid ma min inkun nqast
5. inkun lest naħfer jien ukoll
6. insib xi ħadd li miegħu nista niftaħ qalbi bla biża u mistħija tajjeb li wieħed jitgħallem jiċċaħħad f'dawk il-ġibdiet li jwassluna għall-ħażen
naħarbu l-okkażżjoni tad-dnub
nemmnu aktar fil-qawwa t'Alla li qegħda fina Ma joqgħodx ifakkrek u iżommlok fil-komma
Ma jkunx hemm iktar dwejjaq jew sens ta' ħtija imma ferħ kbir.
Full transcript