Loading presentation...

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in our knowledge base article

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Make your likes visible on Facebook?

Connect your Facebook account to Prezi and let your likes appear on your timeline.
You can change this under Settings & Account at any time.

No, thanks

Religion, May 2008

Y11, Matsec Past Paper
by

.d. .c.

on 11 November 2013

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Religion, May 2008

Matsec Paper 2008 1. Semmi żewġ okkażjonijiet li juru biċ-ċar il-fiduċja li Abraham kellu f'Alla.
a. meta telaq minn Ur tal-Kaldej għal art li Alla kien ħa jurih
b. meta mar biex joffri lil ibnu l-waħdieni Iżakk
2. Fisser:
a. ateiżmu - nuqqas ta' twemmin f'Alla
b . superstizzjoni - twemmin f'xi ħaġa mingħajr bażi ta' raġuni
ċ. monoteiżmu - twemmin f'Alla wieħed 3. Semmi żewġ reliġjonijiet mhux Insara u ikteb madwar 30 kelma fuq kull waħda minnhom
Buddiżmu - beda meta kien hemm wieħed prinċep li kellu dak kollu li ried u li xtaq imma xorta waħda qatt ma kien iħossu kuntent. Sakemm fl-aħħar, Sidharta Gautama, ddeċieda li joħroġ mill-palazz u jagħmel mawra ma' wieħed mill-qaddejja tiegħu biex jara ftit x'hemm lil hemm mill-ġmiel u l-lussu tal-palazz.
Meta fit-triq iltaqa' ma' mard, mewt u dak kollu li jifni lill-bniedem u ried jara ftit għaliex u minn fejn ġej dan kollu. Għamel xi żmien waħdu u hemmhekk ntebaħ li ħafna mit-tbatija ġejja mir-rebgħa tal-bniedem u għalhekk ħafna mit-tagħlim siwi li ħalla kien propju kif il-bniedem għandu jżomm it-triq tan-nofs f'kull ma jagħmel. Iżlam - jaf il-bidu tiegħu lil dak li hu magħruf mill-Musulmani nfushom "l-ikbar u l-aħħar profeta" u jaf il-bidu tiegħu lill-Ġudajiżmu.
Dan għallem li wieħed għandu jitlob ħames darbiet matul il-ġurnata u li għandu jagħti karita' mill-qliegħ li jagħmel. Kemm il-Buddiżmu u kemm l-Iżlam iħaddnu twemmin f'Alla wieħed madanakollu l-Iżlam jitlob mis-segwaċi tiegħu li jagħmlu pellegrinaġġ tal-inqas darba f'ħajjithom lejn Mekka u kif ukoll isumu matul ix-xahar tar-Ramadan. 4. F'liema sens nistgħu ngħidu li l-Bibbja ma fihiex żbalji?
fil-messaġġ reliġjuż 5. L-Iskrittura għandha żewġ tradizzjonijiet. Agħti t-tifsira ta':
a. tradizzjoni bil-fomm: tradizzjoni orali (meta l-ġrajjiet kienu jiġu rrakuntati u mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra
b. tradizzjoni miktuba - meta ġie żmien li dak li kien qed jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra permezz tal-fomm beda jiġi miktub. 6. Għaliex il-Bibbja għandha sservi ta' gwida għan-Nisrani?
Il-Bibbja għandha tkun dawl għal riġlejna u l-boxxla li magħha nidderieġu ħajjitna għax fiha nsibu ħafna pariri u eżempji ta' kif wieħed għandu jgħix - hija l-kelma t'Alla f'kelmet il-bniedem għall-bniedem. 7. F'liema sens nistgħu ngħidu li Alla ħalaq lill-bniedem "fuq is-sura u x-xbiha tiegħu" (Ġen 1, 26)
Għax tah ruħ li ma tmut qatt (immortali) 8a. X'ordni ta Alla lil Adam u l'Eva fil-Ġnien ta' l-Għeden?
Biex ma jiklux mis-siġra tan-nofs
b. Minn fejn ġie l-ħażen fid-dinja?
Mis-suppervja tal-bniedem 9. Spjega għaliex id-'dnub oriġinali' jissejjaħ ukoll id-'dnub tad-dinja'?
Għax kien permezz tiegħu li daħal id-dnub fid-dinja 10a. X'kien ix-xogħol iebes li l-poplu Lhudi tqabbad jagġmel fl-Eġittu?
Jibnu l-Piramidi
b. Lil min għażel Alla beix imexxi lill-poplu tiegħu 'l barra mill-Eġittu?
Lil Mose'
ċ. Kemm dam jiġġerra fid-deżert il-poplu Lhudi?
40 sena 11a. X'kien ifisser għall-poplu Lhudi l-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu?
Kien ifisser bidu ġdid
b. Liema sagrament ifakkarna din il-ġrajja?
Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, għax permezz tiegħu nerġgħu nibdew mill-ġdid 12. Il-Kmandamenti jagħtuna jew jeħdulna l-liberta'? Għaliex?
Jagħtuna l-liberta' għax huma bħal linji gwida li jgħinuna nħarsu l-liberta' tagħna u tal-oħrajn. 13. X'nifhmu bil-kelma Inkarnazzjoni?
L-Iben t'Alla sar Bniedem (ħa s-sura dgħajfa tagħna ta' bniedem) 14. Għaliex Ġesu' Kristu jitqies bħala l-aktar bniedem magħruf u rrispettat tal-istorja?
Għax għadda ħajtu jagħmel il-ġid u l-mirakli (għeġubijiet) 15. Irrakonta ġrajja mill-ħajja ta' Ġesu' li fiha jidhru s-sentimenti umani tiegħu?
Meta sema' li ħabibu Lazzru miet u beka 16. X'wieġeb Ġesu' meta marru jgħidulu li ommu u ħutu kienu qegħdin ifittxuh biex ikellmuh?
Min huma ommi u ħuti...huma dawk li jisimgħu l-kelma u jagħmluha. 17. F'madwar 30 kelma ikteb dwar żewġ okkażjonijiet li fihom Ġesu' wera lilu nnifsu bħala Alla?
Meta għamel il-miraklu fit-tieġ ta' Kana
Ġesu' flimkien ma' ommu u ħbiebu kien mistieden għal tieġ f'Kana tal-Galilija meta naqashom l-inbid ommu Marija qaltlu biex jara kif jagħmel u ikattar l-inbid u dan għal bidu deher bħal li kieku ma kienx jimpurtah imma mbagħad sema' mill-kelma t'ommu u ordna lill-qaddejja biex jimlew il-ġarar sa fuq bl-ilma u dan bidlu f'inbid oħla.
Meta nbidel fis-sura tiegħu (Trasfigurazzjoni)
Meta deher flimkien ma' Mose' u Elija u nbidel f'sura glorjuża quddiem Pietru, Ġakbu u Ġwanni. Pietru tant ħassu tajjeb li talab lil Ġesu' biex jibnu tlett tined waħda għalih, l-oħra għal Mose' u l-oħra għal Elija. 18. Semmi tliet okkażjonijet mill-Evanġelju fejn Ġesu' talab lill-Missier. Ikteb madwar 30 kelma dwar waħda minnhom.
Fl-Ort tal-Ġetsemani, qabel ma bata u miet, Ġesu' tant ħassu mdejjaq u beżgħan li beda jgħerreq l-għaraq tad-demm u beda jitlob lil Missieru biex ibiegħed minnu dak il-kalċi jekk kien possibli. 19. Liema ġrajja timmarka l-bidu tal-Knisja?
L-Inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli (Pentekoste) 20. Ikteb fi kliemek parabbola ta' Ġesu' fejn jitkellem fuq is-Saltna t'Alla.
Meta l-bidwi ħareġ jiżra...u xi żerriegħa waqgħet f'art tajba, oħra fuq il-blat u oħra qalb ix-xewk. Din tal-aħħar ħanaqha x-xewk, li waqgħet fuq il-blat ma ħaditx u li waqgħet f'ħamrija baxxa ma tantx damet ma nibtet imma meta telgħet ix-xemx ħarqitha u mietet; baqgħet dik biss li waqgħet f'art tajba. Hekk ukoll aħna jekk nisimgħu l-kelma u ngħixuha. 21. Min huma l-lajċi?
Nsara mgħammdin li mhumiex kkonsagrati.
X'inhu r-rwol tagħhom fil-Knisja?
Li jgħinu fl-appostolat 22. X'tifhem b'ċelebat u verġinita'?
Meta ġuvni jew xebba jiddeċiedu li ma jiżżewġux biex jagħtu ħajjithom f'servizz lill-Knisja ta' Kristu 23. Agħti tliet suġġerimenti biex turi kif l-Insara mifrudin fi Knejjes differenti jistgħu jingħaqdu mill-ġdid fil-Knisja waħda ta' Kristu?
a. jinsew id-differenzi ta' bejniethom u jgħixu biex kif nistqarru fil-kredu nkunu knisja waħda kif fil-fatt xtaq Ġesu' nnifsu
b. jorganizzaw attivitajiet biex ikomplu jibnu u jsaħħu r-relazzjoni ta' bejniethom
ċ. jaraw li kemm jista' jkun jaħdmu id f'id biex ikomplu ikattru l-merħla ta' Ġesu'. X'kien l-attitudni tal-Fariżej u dik ta' Ġesu' lejn il-midinbin?
Kienet apposta, filwaqt li l-Fariżej kienu jwarrbu lill-midinbin, Ġesu' kien imur jiekol għandhom u jħallihom jersqu lejh mingħajr ma jsib ebda diffikulta'. 25. Liema huma l-erba' sagramenti li jagħtu l-maħfra?
Magħmudija
Qrar
Ewkaristija
Ġriżma tal-Morda
26. X'ħa post il-Haruf tal-Għid fir-reliġjon Nisranija?
Ġesu' - il-Haruf t'Alla 27. Liema huma ż-żewġ taqsimiet ewlenin tal-quddiesa?
Il-Liturġija tal-Kelma
Il-Liturġija tal-Ewkaristija b. Liema huwa l-aktar mument importanti tal-quddiesa?
Il-Konsagrazzjoni: meta l-ispeċi tal-ħobż u l-inbid jinbidlu fil-ġisem u d-demm ta' Ġesu'. 28a. Għaliex il-Hadd jissejjaħ "Jum il-Mulej"?
Għax fih Ġesu' l-Mulej qam minn bejn l-imwiet.
b. Ikteb erba' raġunijiet li juri li l-bniedem aħjar ma jaħdimx il-Hadd
għax hu Jum il-Mulej u jrid iqaddsu
Il-bniedem jeħtieġ jistrieħ mix-xogħol, biex jerġa jikseb saħtu mill-ġdid
Biex igawdi lil tal-familja
għax il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix imma b'kull kelma li toħroġ minn fomm Alla. (wieħed tajjeb li jsib bilanċ) 29. Kif għandu jagħti s-sehem tiegħu n-nisrani fl-attivita' politika?
Billi jsemma' leħnu biex b'hekk jiġu mħarsa l-valuri nsara fl-eżerċtu tal-awtorita' u hekk tiġi mħarsa d-dinjita' ta' kull ċittadin. 30. Fisser għaliex it-talb hu bżonn għall-ħajja tal-bniedem
Għax il-bniedem mingħajr Alla ma jagħmel xejn...
Il-bniedem bżonn t'Alla 31. X'effett iħalli s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda f'min jirċevih?
Jista' jerġa jieħu saħħtu mill-ġdid
Jinħafrulu dnubietu kollha
32a. X'rabta hemm bejn is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof u l-Magħmudija?
Il-Griżma hija l-konfirmazzjoni tad-deċiżjoni li tkun ittieħdet fil-Magħmudija
b. Ikteb żewġ effetti li jħalli s-Sagrament tal-Griżma ta' l-Isqof f'min jirċevih?
jirċievi s-seba' doni
jsir nisrani matur (adult) 33. Ikteb żewġ raġunijiet għaliex l-Insara, jħarsu lejn Marija Omm Alla bħala mudell għas-suċċess tagħħhom bħala Nsara?
għax Marija kienet umli u sempliċi biżżejjed li taċetta r-rieda t'Alla għaliha, minkejja l-fatt li ma setgħetx tifhem kif, x'fatta u għala kien qed jiġri dak kollu
Marija ntelqet u emmnet f'Alla 34. Semmi erba' modi li bihom il-bniedem qiegħed jeqred l-ambjent naturali.
jaqta' s-siġar
jikkonsma ħafna affarijiet mingħajr ebda ħsieb
ma jużax mezzi alternattivi għall-ġenerazzjoni ta' enerġija
ma jużax trasport pubbliku 35a. Semmi dokument tal-Knisja li jittratta d-drittijiet u d-dmiriijiet tal-bniedem fid-dinja tax-xogħol.
Rerum Novarum
b. Importanti ħafna li l-Knisja ssemma leħinha fuq kwistjonijiet daqshekk kruċjali fil-ħajja tal-bniedem: l-attivita' li biha jaqla l-għajxien ta' kuljum. Biex wieħed ma jiġix sfruttat jew ikkunsidrat bħala biss għodda jew mezz ieħor ta' kif isir aktar qliegħ, il-Knisja tħoss il-bżonn li titkellem biex b'hekk tkompli tħares id-dinjita' ta' kull wieħed.
36. Ikteb u fisser fil-qosor it-tliet kwalitajiet li bihom għandu jkun imżejjen żwieġ nisrani.
Indissolubli - għal dejjem
Fedelta'- jiġri x'jiġri fis-saħħa u fil-mard
Unita'- bejn raġel wieħed u mara waħda
37. Fil-Kredu nistqarru li nemmnu fil-qawwa mill-imwiet u fil-ħajja taż-żmien li ġej. X'ifissru dawn il-kelmiet għan-Nisrani?
Li hemm ħajja eterna wara din il-ħajja u li din għandha tkun it-tama ta' kull nisrani
Full transcript