Introducing
Your new presentation assistant.
Refine, enhance, and tailor your content, source relevant images, and edit visuals quicker than ever before.
Trending searches
L-Għaxar Forom tal-Verbi Trilitteri fil-Malti
Mis-'Sagħtar' fittex xi verbi bħal dawn...
Innutajt xi verbi f'din is-silta?
Taf xi jsejħulhom?
jdoqq
insibu
saret
jbiegħu
1. dawn il-verbi huma sħaħ għaliex il-konsonanti kollha tal-għerq jidhru fil-mamma eż. jdoqq -> daqq -> DQQ
2. is-sura ta' dawn il-verbi hi 1v22
il-verbi dgħajfin
1. il-verbi dgħajfin jissejħu hekk għaliex f'xi pożizzjoni tal-verb ikollhom il-konsonanti w/j
2. Jekk il-konsonanti dgħajfa tinzerta
1. dawn huma l-verbi li l-ittra tan-nofs tagħhom (it-tieni ittra) għax hi dgħajfa ma tidhirx fil-mamma eż. sab
2. biex issib il-konsonanti dgħajfa (w/j) nieqsa trid tpoġġi l-verb fl-imperattiv eż. jsib -> sab -> si(j)b -> SJB; tmur -> mar -> mu(w)r -> MWR
3. innota li minkejja li din il-konsonanti hi moħbija, tinkixef f'suriet oħra li jieħu l-verb (bħall-imperattiv)
4. is-sura tal-verbi moħfijin hi 1v(w/j)3
il-verbi neqsin
1. dawn huma verbi li għandhom l-aħħar
konsonanti tal-għerq li ma tidhirx fil-mamma
2. din il-konsonanti nieqsa dejjem tkun 'j'
3. eż. bdiet -> beda -> BDJ
4. is-sura ta' dawn il-verbi hi 1v2vJ
Analiżi
forma ewlenija jiġifieri din il-forma mhix
imnissla minn verbi oħrajn filwaqt li
minnha jitnisslu verbi oħrajn.
fihom it-tliet konsonanti tal-għerq
fil-mamma li jistgħu jidhru kollha jew ma
jidhrux kollha bħal fil-każ tal-moħfijin.
Fil-verità, il-konsonanti
tkun qiegħda hemm iżda tkun moħbija.
ħĦafna verbi intransittivi bħal wasal, miet u ġera warajhom ma jieħdu l-ebda nom ieħor ħlief dak li jkun ħiereġ mill-verb stess
Eż. wasal wasla, miet mewta, ġera ġirja
innota li verbi transittivi jistgħu jieħdu warajhom nom li jkun ħiereġ minnhom iżda mhux biss
Eż. kiel ikla iżda wkoll majjal, ħafna, kisra ħobż...
ħafna mill-verbi tal-ewwel forma għandhom tifsira
attiva jiġifieri juru azzjoni attiva
Eż. qatel: azzjoni attiva ta’ xi ħadd li għamel qtil
xi verbi tal-ewwel forma jista’ jkollhom tifsira
inkoattiva għaliex juru bidla fl-istat
Eż. miet: saret bidla fl-istat minn ħaj għal mejjet
Rikapitulazzjoni
1. Il-verbi tal-ewwel forma huma verbi ewlenin
għaliex minnhom jitnisslu oħrajn.
2. X'inhi l-mamma?
3. Dejjem poġġi l-verb fil-mamma biex tara
x'sura għandu.
4. Jekk għandu xi sura minn dawn illi semmejna,
dan hu verb trilitteru tal-ewwel forma, jiġifieri
ewlieni.
L-Imdina kienet il-belt ewlenija ta' Malta! Minnha tnisslu oħrajn...
Xi nsejħulu kliem bħal 'ħareġ, sab u mexa'? Tista' ssib xi verbi bħal dawn?
(cc) photo by Metro Centric on Flickr
(cc) photo by jimmyharris on Flickr
(cc) photo by Metro Centric on Flickr
X'tip ta' verbi nnutajt?