Loading presentation...

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in our knowledge base article

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Make your likes visible on Facebook?

Connect your Facebook account to Prezi and let your likes appear on your timeline.
You can change this under Settings & Account at any time.

No, thanks

Kapitlu 7 Genituri Lesson 2

No description
by

Jacob Portelli

on 13 May 2013

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Kapitlu 7 Genituri Lesson 2

Il-Kelma t'Alla fit-Testment Il-Qadim Weġġaħ lil missierek u lil ommok,
sabiex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej Alla jagħtik. Weġġaħ = Agħti ġieħ, unur u rispett
Min Iweġġaħ lil ommu qisu qed jiġma f'teżor...
Min iweġġaħ lil missieru jkollu għomor twil...

Bin Sirak 3,4-6
Ibni ieqaf ma' missierek fi xjuħitu,
u matul ħajtu tweġġagħlux qalbu.
Ukoll jekk moħħu jeħfief, agħdru,
u tonqsux mill-ġieħ meta għadek b'saħħtek,
għax il-ħniena ma missierek ma tintesiex,
imma tingħaddlek bi ħlas għal dnubietek.


Bin Sirak 3, 12-14 Mistoqsijiet:



Taħseb li dan il-kmandament jgħodd biss għat-tfal żgħar, jew jgħodd ukoll għal kulħadd, ukoll għal dawk l-ulied li jkunu kibru u forsi żżewwgu ukoll? X'jgħidu dawn is-siltiet dwar dan?




Il-kelma li juża ir-raba kmandament mhix 'obdi', iżda, 'weggaħ' jew aħjar 'agħti gieħ' jew 'uri rispett'. X'differenza tara bejn 'tobdi' u 'turi rispett? X'taħseb li huma r-ragunijiet għaliex għandna nagħtu gieħ lil ommna u lil Missierna? Liema rigali Alla jwiegħed lil min jagħti gieħ lil missieru u lil ommu? Kmandament li jgħodd għaż-żgħar u għall-kbar


Bħall-kmandamenti l-oħra, ir-raba kmandament l-ewwel u qabel kollox hu indirizzat lill-ulied il-kbar, imbagħad liż-żgħar. Is-silta minn BIn sirak turi ċar li l-ulied iridu jibqgħu jirrispettaw il-ġenituri tagħhom matul il-ħajja kollha tagħhom ukoll meta dawn jixjieħu u forsi moħħhom jibda jeħfief. Dan irid jurina ċar li hija falza l-opinjoni
ta' ħafna li għax wieħed kiber u forsi żżewweġ, ir-raba' kmandament qisu m'għadux jgħodd aktar għalih. Agħti ġieħ u rrispetta

L-importanza tal-kelma 'agħti ġieħ' minflok 'obdi' tkompli tgħinna nifhmu dak li għadna kif għedna. kieku l-kmandament kien biss 'obdi', forsi kien ikollhom raġun dawk li jaħsbu li meta jiżżewwġu jew għal xi raġuni oħra ma jibqgħux f'dar il-ġenituri tagħhom, ma jkollhomx aktar x'jaqsmu mar-raba' kmandament. Imma l-kmandament jitlobna biex 'nagħtu ġieħ u nirrispettaw lill-ġenituri tul ħajjitna kollha.

Ukoll jekk wieħed jista' ma jkunx obbligat jobdi, xorta waħda jrid jara kif jirrispetta l-ġenituri tiegħu.

Ukoll meta nkunu żgħar, l-ewwel ħaġa li għandha tiġini f'rasna ma għandhiex tkun 'nobdu' l-ġenituri tagħna, izda 'nirrispettaw' il-ġenituri tagħna. Fl-eta' tagħna, mhux kulħadd jibqa' jaċċetta l-kelma 'tobdi', imma kulħadd iħoss li għandu jibqa jaċċetta l-kelma 'tirrispetta'. L-ewwel u qabel kollox, Alla jridna nħobbu u nirrispettaw lill-ġenituri tagħna. Aħna għandna nobduhom, mhux għaliex nibżgħu minnhom jew għax bilfors, imma għax nafu li għandna nagħtuhom l-imħabba u r-rispett li jmisshom. Fil-Bibbja ż-żagħżugħ Tobija baqa msemmi għar-rispett li dejjem wera lejn missieru, ukoll meta dan xjaħ u tilef id-dawl t'għajnejh. Il-barka speċjali ta' Alla baqgħet tidher fuq Tobija tul ħajtu.

Hw

http://laikos.org/

Għaliex għandna nirrispettawhom?

Fl-ewwel kmandamenti Alla ried jurina kif għandha tkun ir-rabta tagħna miegħu. Fis-seba' l-oħra ried jurina kif għandha tkun l-imġieba ta' bejnietna. Bħala l-ewwel kmandament tal-imġiba ta' bejnietna, Alla ried iqiegħed il-ġieħ li għandu jkollna lejn il-ġenituri tagħna. Għaliex?


Il-ġenituri huma dawk li jersqu l-aktar lejn il-ħidma t'Alla. Huma dawk li ħadmu id f'id ma' Alla fil-ħolqien ta' wliedhom. Huma dawk li l-imħabba tagħhom għal uliedhom tixbah l-aktar lill-imħabba li biha jħobbna Alla. L-ulied, għalhekk, għandhom jagħtu lill-ġenituri tagħhom, ġieħ u qima li jagħmlu parti mill-ġieħ u qima li nagħtu lil Alla nniffsek


ftakar li kienu ommok u missierek li ġibuk fid-dinja; biex se tħallashom għal dak li tawk?? X'iwiegħed Alla?

A) JITKATTRU JIEMEK
B) QISU QED JIĠMA F'TEŻOR
C) TINGĦADDLEK BI ĦLAS GĦAL DNUBIETEK


Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jgħid:

Il-ħarsien ta dan il-kmandament, flimkien mal-ġid tar-ruħ, jagħti wkoll il-ġid temporali tas-sliem u tal-prosperita'. Għall-kuntrarju, in-nuqqas ta' ħarsien ta' dan il-kmandament iġib miegħu ħsarat kbar għall-komunitajiet u għall-persuni.
Full transcript