Introducing
Your new presentation assistant.
Refine, enhance, and tailor your content, source relevant images, and edit visuals quicker than ever before.
Trending searches
Għalkemm fil-Gżejjer Maltin hemm bosta postijiet li fihom nstabu fdalijiet Puniċi, l-artar importanti huma Tas-Silġ (Marsaxlokk), Ras il-Wardija (Għawdex) u r-Rabat (Malta).
Tas-Silġ huwa santwarju li jinstab qrib Marsaxlokk. Dan il-post fih fdalijiet li jibdew minn Żmien ir-Ram (tempju megalitiku) u jibqgħu sejrin sal-perjodu Biżantin. Fost il-fdalijiet hemm dawk ta' tempju Puniku li jidher li kien iddedikat lill-alla femminili Astarte.
Iż-żewġ ċippi li nstabu f'dawn l-inħawi fi żmien il-Kavallieri x'aktarx ġew minn dan is-santwarju. Huma iddedikati lill-alla Melqart.
Ras il-Wardija, qrib Kerċem Għawdex, huwa santwarju importanti. Ma nafux x'alla/allat kienu jaduraw f'dan il-post.
Ir-Rabat/Imdina kienet belt Punika. Madwar dan il-post instabu ħafna oqbra Puniċi. L-aktar fdalijiet importanti instabu F'Għajn Klieb. F'dawn l-oqbra l-arkeoloġi sabu figura żgħira tad-deheb. It-tpinġijiet juru l-pjan tal-oqbra magħmulin minn Sir Temi Zammit.
Fdalijiet oħra Puniċi jinkludu parti minn bini fiż-Żurrieq. It-tpinġija hija ta' Jean Houel li kien żar Malta fi żmien il-Kavallieri waq li r-ritratt juri dan il-bini llum.
Fdalijiet oħra...