Loading presentation...

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in our knowledge base article

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Il-Ħarsa ta' Rużann: L-Isfond Storiku u Kronoloġiku

No description
by

Għalliema Maltin

on 23 September 2015

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Il-Ħarsa ta' Rużann: L-Isfond Storiku u Kronoloġiku

Il-Ħarsa ta' Rużann: L-Isfond Storiku u Kronoloġiku
Is-snin tletin u erbgħin tas-seklu dsatax (1830-1849)
L-edukazzjoni lejn l-aħħar tas-seklu dsatax
It-Tieni Gwerra tal-Buweri (1899-1902)
L-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918)
Ir-rumanzett
Il-Ħarsa ta’ Rużann
ta’ Francis Ebejer ħareġ fl-1985. Dan kien l-aħħar rumanz li Ebejer ippubblika qabel mewtu u l-uniku wieħed li kiteb bil-Malti.

Ir-rumanz iseħħ fl-isfond tal-iżvilupp storiku u politiku li kien qiegħed iseħħ f’Malta u fi bliet ewlenin Ewropej bejn l-1844, meta tibda l-ġrajja, sakemm tintemm xi mkien bejn l-1974 u l-bidu tas-snin tmenin.

Il-ġrajja tibda meta l-Baruni Mark-Antonin mill-Imdina jiltaqa’ u jsir iħobb lil Rużann, tfajla bidwija sempliċi, wild ħaddiema tar-raba’ minn Ħad-Dingli. Rużann toħroġ tqila u l-Baruni jipproponi li jiżżewwiġha iżda hi, għax taf li żwieġ bejn raġel nobbli u mara bidwija ma kienx aċċettat fis-socjetà li kienu jgħixu fiha, tirrifjuta. Rużann tiddeċiedi li trabbi lit-tarbija waħedha mingħajr qatt ma tikxef l-identità tal-missier. Ir-rumanz isegwi dak li jiġri mill-ġenerazzjonijiet ta’ wara. Dan kollu jseħħ taħt l-għajnejn protettivi ta' Rużann li tibqa’ tħares lid-dixxendenti tagħha għal snin twal wara mewtha, perjodu ta’ kważi seklu u nofs li matulu jseħħu bidliet storiċi, politiċi u kulturali kbar.
Is-Sette Giugno
Ir-Rivoluzzjoni Russa (1917)
Dawn kienu żminijiet ta’ faqar u għaks fil-bliet il-kbar Ewropej u żmien ir-rewwixti u r-rivoluzzjonijiet. Kien żmien meta ħafna popli bdew ifittxu li jeħilsu mill-mexxejja awtoritarji tagħhom u jingħaqdu f’nazzjonijiet indipendenti ġodda. Kienu snin meta l-idea tad-demokrazija bdiet tinxtered sew madwar l-Ewropa tant li fl-1848 faqqgħu rvellijiet kbar kontra l-monarkiji u l-mexxejja dittatorjali. Pariġi u Vjenna, żewġt ibliet li Mark-Antonin żar bosta drabi, kienu ċ-ċentru ta’ dan it-taqlib u t-tixrid ta’ ideat ta’ libertà u ugwaljanza. Il-Baruni kien ra b’għajnejh id-differenzi soċjali kbar li kienu jeżistu bejn il-klassijiet aristokratiċi u dawk baxxi.
Il-Ħallelin tax-Xuxana
(1878)
Fir-rumanzett Ebejer jorbot fatti u personaġġi storiċi mar-rakkont tiegħu. Marija Schembri, ix-Xuxana, kienet kriminal magħruf li saret leġġenda. Fl-1878, flimkien maċ-ċorma tagħha, wettqet serqa simili għal dik li jirrakkonta Ebejer, li spiċċat ħażin għax il-bidwi misruq inqatel. Il-ħallelin inqabdu u x-Xuxana nsabet ħatja ta’ qtil u ntbagħtet għomorha l-ħabs.
Mit-tieni nofs tas-seklu dsatax sal-bidu tas-seklu għoxrin mhux kulħadd kien iħares lejn l-edukazzjoni bħala xi ħaġa tajba u pożittiva. Missirijietna kienu jaraw l-iskola bħala tfixkil għaliex kienu jippreferu li uliedhom jgħinuhom fix-xogħol tar-raba’ milli jmorru ‘jsaħħnu’ l-bankijiet tal-iskola. Madanakollu d-dixxendenti ta’ Rużann imorru kontra dan il-kurrent u jagħmlu minn kollox biex lil uliedhom jagħtuhom edukazzjoni ta’ kwalità.
Il-Buweri kienu poplu ta’ nisel Olandiż. Huma kienu jgħixu f’żewġ repubbliki fl-Afrika t’Isfel li huma stess kienu kkolonizzaw għexieren ta’ snin qabel. Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax instabu minjieri tad-djamanti u deheb fit-territorju tal-Buweri. L-Imperu Ingliż ried jieħu din l-art li issa kienet saret sinjura ħafna u għaldaqstant faqqgħet il-gwerra mal-Buweri. La l-Ingliżi u lanqas il-Buweri ma rrikonoxxew il-fatt li l-art fl-aħħar mill-aħħar kienet tal-popolazzjoni li kienet tgħix hemm minn dejjem. Fil-fatt għexieren ta’ eluf ta’ suwed inqabdu fil-gwerra u mietu bl-armi jew bil-ġuħ.
Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija Malta ma kinitx attakkata iżda xorta waħda ntlaqtet minn dak li seħħ fiha. Minħabba li Malta kienet bażi tal-Imperu Britanniku, kien hawn ħafna kummerċ u xogħol għall-Maltin. L-aktar effett drammatiku seħħ minħabba li l-Ingliżi bdew jibagħtu f’Malta eluf ta’ suldati feruti u morda mill-battalja ta’ Gallipoli. Ħafna minn dawn is-suldati mietu u ndifnu f’pajjiżna.
Wara t-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija il-kummerċ u x-xogħol f’Malta naqas sew. Il-faqar żdied, il-prezzijiet tal-ikel għolew u kien hawn atmosfera mimlija tensjoni li laħqet il-qofol tagħha fis-7 ta’ Ġunju 1919. Dakinhar folla ta’ nies daħlet il-Belt u l-irvellijiet spiċċaw fi traġedja għax is-suldati Ingliżi qatlu erba’ Maltin li kienu qed jipprotestaw. Wara dan l-avveniment, il-Gvern Ingliż ried jikkalma s-sitwazzjoni. Bagħat Gvernatur ġdid u fl-1921 Malta ngħatat l-ewwel kostituzzjoni u aktar drittijiet. Din il-kostituzzjoni kienet magħrufa bħala tas-
self-government
u kienet l-ewwel pass importanti lejn il-kisba tal-indipendenza.
It-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945)
Jum ir-Repubblika
(1974)
Fl-1917 fir-Russja seħħew żewġ rivoluzzjonijiet kbar. Bejn miljun u żewġ miljuni nobbli u nies oħra Russi ħarbu minn pajjiżhom u xterdu mal-Istati Uniti u mal-Ewropa. Grupp imdaqqas minnhom (imsejħa
émigrés
) issetilja f’Malta, l-aktar fl-inħawi ta’ Tas-Sliema, li kienu qegħdin jiżviluppaw mhux ħażin. Jingħad li l-bajja magħrufa bħala l-Exiles ħadet isimha minn dawn l-eżiljati Russi.
Fit-Tieni Gwerra Dinjija ħafna mill-abitanti ta’ madwar il-port, l-aktar mit-Tlitt Ibliet, kienu fittxew kenn fi nħawi kemm jista’ jkun 'il bogħod mill-attività tal-gwerra. Ħad-Dingli kien post li laqa’ diversi refuġjati waqt il-gwerra, l-aktar fl-1940.
Fil-jum tat-13 ta’ Diċembru 1974, ir-reġina tar-Renju Unit ma baqgħetx iżjed kap tal-Istat Malti u minflokha nħatar Sir Anthony Mamo bħala l-ewwel President tar-Repubblika Maltija. Dan kien it-tieni pass minn proċess ta’ tliet tappi sabiex ksibna l-ħelsien sħiħ ta’ pajjizna mill-ħakma tal-barrani. Fil-21 ta’ Settembru 1964, pajjiżna kiseb l-Indipendenza politika u nhar il-31 ta’ Marzu 1979, ingħalqet il-bażi militari Ingliża.
Ir-referenzi:

Il-Ħarsa ta' Rużann ta' Francis Ebejer, Edizzjoni Annotata - Marco Galea - KKM 2011
Il-Ħarsa ta' Rużann DVD - Horizons - Malta, 2013
Full transcript