Introducing 

Prezi AI.

Your new presentation assistant.

Refine, enhance, and tailor your content, source relevant images, and edit visuals quicker than ever before.

Loading…
Transcript

Il-Ħadd li għadda, apparti l-għannejja u kitarristi, kien hemm grupp ta’ rġiel idoqqu ħafna strumenti strambi. Qatt ma rajt bħalhom. Meta rani niskanta n-nannu qalli li kellu wieħed minn dawn l-istrumenti fuq ir-raff.

Tafu ssemmu xi strumenti li jużaw l-għannejja?

AQN naqraw, nifhmu silta u nwieġbu mistoqsijiet dwarha.

Meta staqsejtu fejn kien imur idoqqha, in-nannu qalli li kien joħroġha fi żmien il-karnival. Sħabu kienu jġibu l-istrumenti tagħhom, magħmula minn ġlud ta’ annimali, qasab u affarijiet oħra, u kienu jqattgħu iljieli sħaħ fil-ħwienet tal-inbid idoqqu u jidħku.

“Jien kont indoqq iż-żafżafa. Karmnu kien iġib iż-żaqq, Peppi t-tanbur, Luċju, Alla jaħfirlu, kien idoqq l-akkordjin. Insomma…. Konna ngħadduha."

“Hawn hu,” qalli hekk kif niżel bil-mod il-mod minn fuq is-sellum. F’idu kellu qisu barmil mgħotti bil-ġilda u qasba twila dieħla dieħla f’nofsu. Eżatt bħal dak li kienu qed idoqqu fuq it-televixin!

Kważi kull darba jkun hemm xi żewġ għannejja li jibdew jiġbdu saqajn xulxin! L-ewwel jibda wieħed u mbgħad ikompli l-ieħor u joqogħdu jirrispondu lil xulxin għal xi kwarta sħiħa bla waqfien! U avolja ġieli jitgħajjru ftit mhux ħażin, fl-aħħar dejjem jispiċċaw jagħmlu ħbieb.

“Din jgħidulha żafżafa jew rabbaba.”

Qabel ma tlaqt, in-nannu tani żafżafa biex inżommha jien. Tgħidx kemm fraħt. Ommi biss ma ħaditx pjaċir għaliex ħadtilha rasha niġri madwar id-dar sejjer ħuub…ħuub…ħuub…ħuub.

Pierre J Mejlak

Qabad il-qasba u taha daqqtejn ‘l isfel u ż-żafżafa bdiet sejra ħuub ħuub ħuub!

“Din kont għamiltha meta kont għadni żgħir u bqajt inżommha! Ma taqtax ta’ xiex inhi din il-ġilda li qed tgħatti l-barmil?”

“Ta’ xiex?”

“Ta’ qattusa!”

Kull nhar ta’ Ħadd filgħodu l-papa’ jeħodni għand in-nanniet. Hu jintefa’ fil-kċina jixrob il-kafe’ u jagħmel it-tisliba tal-gazzetta u jien immur ħdejn in-nannu Charlie fis-salott biex naraw il-programm tal-għana fuq it-televixin.

Dejjem ninduna min ikun il-Prim għaliex bejn għannej u ieħor ġieli jibda jdoqq waħdu u juri kemm hu bravu.

Ħafna drabi jkollu kitarra isbaħ minn ta’ sħabu. Hemm Prim minnhom li mal-kitarra waħħal stiker kbira tas-Salib tal-Kavallieri! Dak l-aktar Prim li jogħġobni! Jixbah ftit liz-ziju Michael meta jħalli d-daqna.

Kultant l-għannejja jibdew jgħannu xi storja li tifqagħna bid-daħk.

Mal-għannejja dejjem ikun hemm xi nies idoqqu l-kitarra. L-aqwa wieħed minnhom jgħidulu l-Prim.

L-għana

  • Attivita' li fiha nfakkru l-mużika fl-antik.
  • Kant b'diversi instrumenti.
  • Jeżistu ħafna tipi ta' għana u kollha għandhom il-karatteristiċi tagħhom. Eż l-għana spiertu pront.

Mużika Folkloristika

Ħsibtu biex jiċċajta. Imma ma kienx. Qam minn fuq is-sufan u telaq lejn il-garaxx.

“Ejja ħa nara nsibuhiex fuq ir-raff. Jekk ma sabuhiex il-ġrieden u gerrmuha!”

Raff

Il-Folklor Malti

Learn more about creating dynamic, engaging presentations with Prezi