Introducing 

Prezi AI.

Your new presentation assistant.

Refine, enhance, and tailor your content, source relevant images, and edit visuals quicker than ever before.

Loading…
Transcript

Is-Sena Liturġika

by Mr. Helmut Cassar

Is-Sena Liturġika

= s-Sena tal-Knisja

tibda mill-Avvent f'Diċembru sa' Kristu Re f'Novembru

It-Taqsimiet u l-Kuluri

tas-Sena Liturġika

1. Avvent - Vjola

2. Il-Milied - Abjad

3. Żmien ta' Matul is-Sena - Aħdar

4. Ir-Randan - Vjola

5. L-Għid - Abjad

Sib paġna 44 u 45

Ħa naħdmu flimkien

Is-Sagramenti tal-Bidu

Liema huma s-Sagramenti tal-Bidu?

Liema kien l-ewwel sagrament li rċivejna?

Il-Magħmudija

Huwa biss permezz tal-magħmudija li aħna nistgħu nirċievu s-sagramenti l-oħra.

Wara li nirċievu l-magħmudija u allura nsiru membri tal-Knisja nirċievu t-Tqarbin u l-Griżma tal-Isqof (Konfirmazzjoni).

Fl-ewwel żminijiet tal-Knisja dawn is-sagramenti kienu jingħataw flimkien lil dawk il-persuni adulti li kienu juru x-xewqa li jsiru nsara.

Dawn kienu jissejħu katekumeni.

1. ilma

2. battisteru (fonti tal-magħmudija)

3. libsa bajda

4. xemgħa u blandun (xemgħa l-kbira)

5. parrini

sinjal tas-salib fuq moħħ it-tarbija waqt li jingħad dan il-kliem:

"Jiena ngħammdek fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu."

Xogħol fil-Klassi

Paġni 46 u 47

Eż. 1 u 2

10 minuti

Xogħol għad-Dar

Paġna 47

Eż. 3

Is-Sagramenti tal-Fejqan

  • Inti dejjem tkun OK?
  • Ġieli ġew ġranet fejn kont ma tiflaħx?
  • Jew ħassejtek imdejjaq minħabba xi ħaġa li tkun ġratlek?
  • Ġieli bkejt?
  • Ġieli ħassejtek waħdek u ħadd ma jista' jgħinnek?
  • Lil Alla ġieli ħassejtu 'l bogħod minnek?
  • Ġieli warrabtu inti?

Ġesù meta kien fostna, għadda jagħmel il-ġid.

Billi fejjaq il-morda, keċċa x-xjaten, qajjem mill-imwiet

u anke ħafer id-dnubiet.

Illum ukoll għadna nistgħu naqilgħu din il-grazzja ta' fejqan permezz tas-sagramenti tal-fejqan li huma:

1. Qrar (Is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni)

2. Dlik tal-Morda (Griżma tal-Morda)

Xogħol fil-Klassi:

Paġna 48

Ħa naħdmu flimkien billi nippruvaw nirraġunaw kif issir iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Morda.

1. Aqra f'qalbek l-eżerċizzju Liema Ordni

2. Uża l-lapes u prova poġġi n-numri skont l-ordni li taħseb li issir din iċ-ċelebrazzjoni.

3. X'ħin tkun lest erfa' idejk 'l fuq mingħajr ma tlissen kelma.

4. Hekk kif kulħadd ikollu idejh merfugħha 'l fuq, narawhom flimkien u nikkoreġuhom.

5. Jekk kollox isir fl-ordni u fis-skiet - għandkom 'treat'

Inqumu bil-wieqfa

Mingħajr ma nagħmlu storbju

Ħa nkantaw flimkien: Alla jħobbok

Is-Sagramenti tal-Qadi

  • x'jiġifieri taqdi?
  • ġieli qdejt lil xi ħadd?
  • meta ommok titolbok taqdiha, tkun pront/a u tħalli minn idejk u tmur u tagħmel li tgħidlek jew toqgħod iġibha bi kbira?
  • għalfejn sabiħ li taqdi?
  • u meta taqdi bilfors ħa tieħu l-grazzi u l-prosit?

Ġesù li kien il-Kap ma ridtx li jkun moqdi imma li jaqdi hu lill-oħrajn.

Fejn nafuh dan?

Dan nafuh għax fl-Aħħar Ċena Ġesù ma ħallihomx jaħslulu riġlejh. Minflok libes il-fardal u ħaslilhom riġlejhom hu.

Filwaqt li qalilhom:

"Min irid ikun il-kbir fostkom għandu jkun hu l-qaddej tagħkom."

Xogħol Flimkien:

Sib paġna 50

Ħa naqraw is-siltiet mill-Evanġelju ta' San Mattew u hekk inkunu nistgħu nqabblu l-kwalita' li jilob Ġesù m'għand mexxej tajjeb.

[Mt:5:13] "Intom il-melħ ta' l-art. Imma jekk il-melħ jaqta', biex jerġa' jieħu t-togħma? Ma jibqa' tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

[Mt:5:14] "Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. [Mt:5:15] Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. [Mt:5:16] Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.

[Mt:6:31] Għalhekk toqogħdux tinkwetaw ruħkom u tgħidu, "X'se nieklu?' jew 'X'se nixorbu?' jew 'X'se nilbsu?', [Mt:6:32] għax dawn huma kollha ħwejjeġ li jfittxuhom il-pagani. Imma Missierkom li hu fis-smewwiet jaf li dan kollu teħtiġuh. [Mt:6:33] Mela fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja ta' Alla, u dan kollu jingħatalkom ukoll. [Mt:6:34] Mela toqogħdux tħabblu raskom għall-għada, għax il-jum ta' għada jħabbel rasu hu għalih innifsu. Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tal-ġurnata."

[Mt:10:7] Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.

[Mt:18:15] "Jekk ħuk jaqa' f'xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma' minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. [Mt:18:16] Jekk ma jismax, erġa' mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta' żewġ xhieda jew tlieta. [Mt:18:17] Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma', mur għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma' żommu b'wieħed pagan u pubblikan.

[Mt:18:18] Tassew ngħidilkom, li kull ma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kull ma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema. [Mt:18:19] Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet, jagħtihielhom. [Mt:18:20] Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f'ismi hemm inkun jien f'nofshom.

[Mt:20:26] Fostkom ma għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, [Mt:20:27] u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom. [Mt:20:28] Hekk ukoll Bin il-bniedem, ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra."

[Mt:26:26] Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: "Ħudu, kulu, dan hu ġismi." [Mt:26:27] Mbagħad ħa l-kalċi f'idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: "Ixorbu lkoll minnu, [Mt:26:28] għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. [Mt:26:29] Ngħidilkom, li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta' Missieri."

L-isqfijiet u s-saċerdoti huma dawk li All jagħżel biex ikunu l-mexxejja tal-Knisja tiegħu.

Dawn jirċievu s-Sagrament tal-Ordni Sagri.

Ġesù għażel l-appostli

Wara l-appostli kien hemm oħrajn li bdew jagħmlu x-xogħol tagħhom.

Dawn insejħulhom suċċessuri tal-appostli - propju għax ġew warajhom.

Dawn jirċievu l-Ordni Sagri u jsiru:

1. Djakni - pass qabel isiru saċerdoti

Djaknu = Qaddej

2. Saċerdot - ikun jista' jamministra s-sagramenti kollha barra l-Griżma tal-Isqof , sakemm ma jkollux permess speċjali m'għand l-Isqof biex jagħmel dan.

Ġisem Wieħed

Sib paġna 52 u 53

Sib Paġna 53

Aħseb u aħdem

is-simboli (l-affarijiet) li jintużaw fil-magħmudija huma?

x'inhu s-sinjal li jintuża fil-magħmudija?

Xogħol għad-Dar:

Paġna 49

Eżerċizzju 2 (biss)

Xogħol għad-Dar

Paġna 53

Għandek bżonn Bibbja jew aċċess għall-'internet'.

Agħmel eżerċizzju 1

Learn more about creating dynamic, engaging presentations with Prezi