Loading presentation...

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in our knowledge base article

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Make your likes visible on Facebook?

Connect your Facebook account to Prezi and let your likes appear on your timeline.
You can change this under Settings & Account at any time.

No, thanks

Kapitlu 6 Lesson 5 Form 4

Il-Komunjoni
by

Jacob Portelli

on 13 May 2013

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Kapitlu 6 Lesson 5 Form 4

Foundation Conclusion Għaqda Minn xi żmien l' hawn u l-aktar wara l-Konċilju Vatikan II, f'ħafna postijiet tad-dinja, l-Ispirtu s-Santu, qajjem il-Moviment Ekumeniku bl-iskop li l-Knejjes mifrudin jersqu aktar lejn xulxin. Bit-talb u l-laqgħat ta' bejniethom, isiru jafu aktar mill-qrib x'inhu dak li jgħaqqadhom u dak li jifridhom, ikabbru l-fiduċja u l-istima f'xulxin, ifittxu proġetti fejn jistgħu jaħdmu flimkien u jħabirku biex jasal il-jum meta jkunu jistgħu jingħaqdu tassew f'komunjoni waħda. Fil-Knisja fuq quddiem nett ma jiġux il-mexxejja u l-għorrief, iżda l-qaddisin, dawk li fil-Knisja jiltaqgħu mal-ispirtu ta' Kristu, l-aktar permezz tas-sagramenti, u jħalluh jibdilhom fih. Il-qaddisin huma bħal arterji fil-Ġisem ta' Kristu, ma jidhrux iżda għandhom l-akbar importanza. Huma bħall għeruq li jinsabu l-aktar qrib lejn l-għejun tal-ħajja u jwasslu l-ħajja lis-siġra kollha. Il-knisja fil-qalba tagħha hija x-xirka tal-qaddisin. Xi wħud jinsabu fostna u lanqas biss nintebħu bihom; xi wħud oħra diġa waslu qabilna fil-glorja tas-sema. Lill-Knisja nsejħulha qaddisa. Min-naħa l-oħra l-Knisja kellha u jibqa' jkollha l-midinbin ukoll. Mingħajrhom ma tkunx Knisja tal-Bnedmin. Bħall-poplu ta' Alla fit-testment il-Qadim, il-Knisja hija miġgħema ta' nies miexja fid-deżert 'barranin u għorba fuq l-art ifittxu pajjiż għalihom'. U fid-deżert hemm is-sabiħ u l-ikrah. Il-midinbin huma dawk li jaqgħu fit-triq.

Jeħtieġ li bħala Knisja nibqgħu nikkonvertu dejjem aktar lejn Alla. Bħal stadium tal-football
aħna qed nilagħbu l-logħba tal-
ħajja filwaqt dawk li għexuha qabilna
qed jissapportjawna bħas -supporters tal-ground. Komunjoni Impenn biex negħlbu
l-firda bejn il-Knejjes Għaqda Fil-Kredu Insibu l-kliem jien nemmen fi
Knisja

Waħda

Qaddisa

Kattolika

Appostolika Ix-xbieha ta' ġisem tissuġġerixxi li , ladarba fil-ġisem hemm ras waħda u ruħ waħda, hemm l-ogħla għaqda u ftehim bejn ir-ras u l-membri l-oħra, u bejn il-membri bejniethom. Ma nistgħux nimmaġinaw li l-ġisem jeħodha kontra r-ras jew li l-id teħodha kontra s-sieq. bil-maqlub il-membri kollha jfittxu li jgħinu lil xulxin; jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu; jekk membru jingħata ġieħ, jifirħu lkoll miegħu. Nistgħu ngħidu, għalhekk li fost il-marki kollha li għandu jkollha l-Knisja ta' Gesu, l-ewwel u l-akbar waħda hija l-marka tal-Komunjoni, il-marka tal-Għaqda. Gesu nnifsu talab biex dawk li jemmnu fih ikunu magħqudin bejniethom kif huwa kien magħqud mal-Missier. U l-kmandament il-ġdid li tahom kien li jħobbu lil xulxin kif ħabb hu. aħna ngħixu f'parroċċi differenti, qegħdin f'għaqdiet differenti, nagħmlu xogħol differenti. Imma lkoll irridu nistmaw lil xulxin u nżommu quddiem għajnejna l-ġid tal-ġisem kollu. Min iġib il-firda fil-Knisja jkun qiegħed ikissirha mill-għeruq. Minkejja t-talba ta' Ġesu li l-Knisja tkun WAĦDA, ġisem wieħed, b'Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija Waħda, merħla waħda u ragħaj wieħed, sa mill-bidu bdew iqumu xi firdiet bejn dawk li kienu jistqarru li huma nsara. Iżda fis-sekli ta' wara nsibu tilwimiet akbar u xi komunitajiet mhux żgħar infirdu mill-għaqda sħiħa tal-Knisja Kattolika, xi drabi ħtija ta' bnedmin miż-żewġ naħat. L-ewwel firda kbira saret bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa fis-sena 1054. It-tieni firda saret madwar ħames mitt sena wara meta Martin Luteru beda r-riforma Protestanta. Oikos = DAR

Ekumeniżmu = Ngħixu f'dar waħda Gesu xebbah il-Knisja tiegħu bħala xibka li fiha jinġabru kemm il-ħut tajjeb u kemm il-ħażin. Xebbahha wkoll ma' għalqa li fiha jikber kemm il-qamħ u kemm is-sikrana. Għalhekk fil-Knisja insibu nies tajba u kemm nies midinbin.
Full transcript