Prezi

Present Remotely

Send the link below via email or IM

Copy

Present to your audience

Start remote presentation

  • Invited audience members will follow you as you navigate and present
  • People invited to a presentation do not need a Prezi account
  • This link expires 10 minutes after you close the presentation
  • A maximum of 30 users can follow your presentation
  • Learn more about this feature in the manual

Do you really want to delete this prezi?

Neither you, nor the coeditors you shared it with will be able to recover it again.

DeleteCancel

Make your likes visible on Facebook?

Connect your Facebook account to Prezi and let your likes appear on your timeline.
You can change this under Settings & Account at any time.

No, thanks

Chiara Luce Badano

No description
by Theresa Formosa on 9 August 2013

Comments (0)

Please log in to add your comment.

Report abuse

Transcript of Chiara Luce Badano

Chiara "Luce" Badano Chiara (Luce) Badano twieldet f'Sassello raħal żgħir fid-djoċesi ta' Aquila, nhar id-29 t'Ottubru, 1971, wara li l-ġenituri tagħha kien ilhom jixtiequ li jkollhom tarbija għal ħdax-il sena sħaħ. Missierha kien talab ħafna lill-Madonna taħt it-titlu tal-Blat u hija qalatlu l-grazzja li jkollu tarbija. Chiara kienet tifla b'għajnejha ċari u kbar, tbissima ħelwa u komunikattiva, intelliġenti, vivaċi, ferrieħa u sportivi. Kienet tifla b'saħħitha, tħobb in-natura u tilgħab, però stajt tiddistingwiha mill-affarijiet żgħar li hija kienet tagħmel maż-"żgħar".

Sa minn meta kienet fil-klassi tal-kindergarten hija kienet terfa' xi affarijiet f'kaxxa żgħira biex imbgħad tibgħathom l-Afrika ma' tabib li kien jieħu ħsieb it-tfal iż-żgħar. Mid-diarji tagħha fi żmien il-primarja joħroġ ħafna l-ferħ li hija kellha biex tiskopri il-ħajja: kienet tifla ferħana.

Dakinhar tal-Ewwel Tqarbina hija rċeviet il-Kotba tal-Evanġelju. Kienu għaliha "ktieb mannifiku" u "messaġġ straordinarju". Ta' 9 snin hija daħlet membru (Gen) fil-Moviment tal-Fokolarini u bil-mod il-mod hija involviet ukoll lill-ġenituri tagħha.

Minn dak iż-żmien 'il quddiem ħajjitha kienet il-ħin kollu tfitxija ta' kif hija tista' tagħti "l-ewwel post lil Alla." Il-kamra tagħha fl-isptar ta' Torin u fid-dar, kienu l-postijiet fejn tiltaqa' man-nies, tagħmel l-appostolat u ta' għaqda: kienu l-knisja tagħha.

Anke t-tobba, ħafna drabi mhux Insara prattikanti, kienu jibqgħu mistgħaġba bil-paċi li kien ikollha, u xi wħud, meta raw l-eżempju tagħha reġgħu daru lejn Alla. Meta ommha kienet tistaqsiha jekk kinitx muġugħa ħafna hija kienet tweġibha: "Jiena konvinta mill-imħabba t'Alla għalija. Alla lili jħobbni ħafna."

U kienet tikkonferma bil-forza, anke jekk tkun muġugħa, "Dan huwa veru: Alla lili jridli l-ġid." Lill-ħbieb li kienu jmorru biex jikkunslawha u jispiċċaw imorru lura d-dar ikkunslati huma, ftit qabel ma marret il-ġenna qaltilhom: “Intom ma’ tistgħux timmaġinaw xi ħbiberija għandi ma’ Ġesù. Inħoss li Alla qed jitlobni xi ħaġa oħra, xi ħaġa kbira. Forsi li noqgħod fuq din is-sodda għal ħafna snin, ma nafx. Jiena li jimpurtani hu li nagħmel ir-rieda t’Alla biss, nagħmel l-aħjar fil-mument preżenti: nilgħab il-logħba t’Alla." Hija ma kinetx qed tistenna xi miraklu, anke jekk fuq karta lil Madonna hija kitbet: “Omm tas-Sema, nitolbok miraklu biex tfejjaqni; jekk din mhix ir-rieda t’Alla, nitolbok il-forza li ma naqta’ qalbi qatt!”, u żammet sod mal-wegħda tagħha. Sa minn meta kienet żgħira hija kienet wegħdet “li ma twassalx lil Ġesù permezz tal-ħbieb u l-kelma, imma bl-eżempju”. Chiara kienet tgħin ruħha biex tgħix il-kristjaneżmu billi tieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ta’ kuljum, fejn kienet tirċievi lil Ġesù li tant kienet tħobb; permezz tal-qari tal-Kelma t’Alla u l-meditazzjoni. Ta’ spiss kienet tirrifletti fuq il-kliem ta’ Chiara Lubich: “Qaddisa, qaddisa malajr.”

Lil ommha, li kienet tinkwieta għax se tibqa mingħajra kienet tgħidilha: “Afda f’Alla, u tkun għamilt kollox.” “Meta jiena ma nibqax hawn, imxi wara Alla u ssib il-forza biex timxi l-quddiem.” Lil dawk li kienu jmorru jarawha kienet taqsam magħhom l-ideali tagħha, dejjem tpoġġi lil ħaddieħor qabilha. Imma l-marda gravatilha u l-uġigħ żdied. Ma kinitx tgerger; imma tgħid: “Jekk inti tridu Ġesù, anke jiena rridu.” Chiara kienet tipprepara ruħha għal meta jasal il-mument li tiltaqa’ ma’ Ġesù: “Huwa l-għarus li jiġi għalija” u għażlet l-ilbies tat-tieġ, il-kant u t-talb għall-quddiesa “tagħha”; ir-rit xtaqitu li jkun ta’ “festa” fejn “ħadd m’għandu jibki”! Imlaqqma “Luce” (dawl) minn Chiara Lubich, li magħha kellha relazzjoni intesa u filjali permezz tal-ittri li kienu jiktbu lil xulxin sa minn meta kienet għadha żgħira, issa verament kienet dawl għal kulħadd u dalwaqt kienet se tkun fid-Dawl.

Messaġġ speċjali għaż-żgħażagħ li ħalliet hu: “Iż-żgħażagħ huma l-futur. Jiena ma nistax niġri iktar, imma nixtieq ngħaddilkom il-fjamma bħal l-Olimpjadi. Iż-żgħażagħ għandhom ħajja waħda allura tajjeb li jgħixuha tajjeb!” Kienet il-ġurnata ddedikata lill-Madonna tar-Rużarju. Dawn kienu l-aħħar kelmiet tagħha: “Ma, kun ferħana, għax jiena ferħana. Ċaw.” Il-Funeral kien immexxi mill-Isqof u fih kien hemm preżenti mijiet ta’ żgħażagħ u saċerdoti fejn tkantaw il-kanzunetti li għażlet hi.

U ta’ kull sena mijiet ta’ żgħażagħ iżuru l-qabar tagħha. U nhar is-7 t’Ottubru ż-żgħażagħ u l-persuni preżenti jattendu għall-quddiesa u jkun mument ta’ ferħ kbir. Ġurnata li titkompla bħala festa permezz tal-kant, testimonjanza u talb. Il-fama tagħha ta’ qaddisa xterdet mad-dinja kollha; bi frott kbir. It-triq imdawla li ħalliet warajha Chiara “Luce” twassalna għal għand Alla b’sempliċità kbira u ferħ li jiġi biss meta nilqgħu l-imħabba tiegħU.

Hija kienet ibbeatifikata nhar il-25 ta’ Settembru 2010.
Ommha kienet tgħallimha l-parabboli mill-Evanġelju, tgħallimha titkellem ma' Ġesù u biex dejjem tgħidlU, "iva". Chiara kienet tfajla normali, b'xi ħaġa żejda fiha: l-imħabba kbira li kellha u l-grazzja doċli għal dak li Alla ried minnha, li hija kienet taqdi bil-mod il-mod. Hija qalet: "Daqs kemm hu faċli għalija li nitgħallem l-alfabet, daqshekk għandu jkun għalija faċli li ngħix l-Evanġelju." Kompliet tistudja sa 17-il sena, meta f'daqqa waħda weġgħa f'darha waqt logħba tennis ħaditha l-isptar għal xi testijiet. Kien hemmhekk li t-tobba indunaw li kellha kanċer terminali. Hija ma tilfitx it-tbissima tagħha u id f'id mal-ġenituri tagħha hija affaċjat uġigħ kbir fil-kura li kienet tieħu.

Lejn l-aħħar ta' ħajjitha, irrifjutat li tieħu l-morfina għax ma kinitx tħalliha f'sensiha u offriet kollox għall-Knisja. Meta saret taf bid-diagnosi tagħha, Chiara ma bkietx, lanqas irrabjat, imma waqgħet f'silenzju kbir, li ħarġet minnu 25 minuta wara totalment irrassenjata mal-volontà t'Alla.

Kienet tirrepeti ta' spiss: "Jekk inti tridu Ġesù, mela anke jiena rridu." Hija kienet tgħid ta' spiss: "Meta taċċetta t-tbatija hija tagħmlek libera."

Kienet tgħid ukoll: "Jiena ma fadalli xejn, fadalli biss il-qalb u b'din dejjem nista' nħobb. Kienu jħossuhom "miġbudin bħal kalamita" u sal-lum jiftakruha, jitkellmu magħha u jinvokawha fit-talb. Wara lejl muġugħa qalet: "Batejt ħafna, imma ruħi ferħana . . ." U wkoll: “Kont mimlija wisq bl-ambizzjonijiet, proġetti u ħafna affarijiet oħra. Issa jidhru biss affarijiet insinifikanti, affarijiet li jgħaddu. Issa ninsab imdawra b’disin sabiħ li qiegħed jiġi rrivelat lili ftit ftit. Jekk xi ħadd bħalissa jistaqsini jekk nixtieqx nimxi (l-intervent kien ipparaliżżaha), ngħidilhom li le, għax hekk ninsab iktar viċin ta’ Ġesù." Dan mhux dejjem kien faċli, infatti kienet tirepetti ta’ spiss: “Kemm hu diffiċli li tmur kontra l-kurrent!” U biex tegħleb kull ostaklu kienet tirrepeti: “Għalik Ġesù!” Kienet turi mħabba speċjali għall-isqof “tagħha” Mons Livio Maritana, speċjalment meta kien imur iżura fejn kien ikun hemm atmosfera speċjali: bl-Imħabba kienu saru ħaġa waħda: maqgħuda fil-Knisja! Irċeviet għall-aħħar darba lil Ġesù Ewkaristija u dehret li hija totalment iffukata fuq Ġesù. Hija xtaqet li kulħadd jitlob it-talba: “Ejja Spirtu Santu, itfa’ r-raġġ tad-dawl tiegħek fuqna”. Ma kellhiex biżgħa mill-mewt. Kienet qalet lil ommha: “Ma nitolbux lil Ġesù li jiġi u joħodni l-ġenna, għaliex nixtieq li nofrilu iktar it-tbatija tiegħi, biex naqsam ftit iktar miegħu t-tbatija tas-salib.”

U l-“Għarus” ġie għaliha mat-tbexbix tax-xemx nhar is-7 t’Ottubru 1990, wara lejl mimli tbatija.
See the full transcript